Malta u l-Belġju jistgħu jitpoġġew fil-lista tal-kwarantina tar-Renju Unit

REUTERS/Toby Melville -/File Photo

Read in English.

Rapport fil-ġurnal The Telegraph qed jgħid li Malta u l-Belġju jistgħu jiġu inklużi fil-lista ta’ pajjiżi fejn hemm bżonn perjodu ta’ kwarantina għal min jivvjaġġa minnhom. 

Dan ir-rapport huwa ibbażat fuq analiżi li għamel il-ġurnal, tal-istatisika ta’ każijiet li kien hemm dawn l-aħħar jiem. 

Iż-żewġ pajjiżi kellhom ir-rata ta’ każi titrippla u issa qabżu pajjiżi bħal Spanja u l-Portugall li huma fuq il-lista ta’ pajjiżi fejn hemm impożizzjoni ta’ kwarantina.

Id-deċiżjoni finali dwar dan mistennija tittieħed fis-sigħat li ġejjin.