Malta u Għawdex mal-ewwel għaxar postijiet li għandek iżżur

Il-gżira t’Għawdex tikkwalifika fis-sitt post fil-lista t’għaxar gżejjer. Fl-ewwel post hemm il-gżejjer ta’ Santorini.

Is-sit tripadvisor jiddeskrivi l-gżira bħala t-tieni l-ikbar fil-gżejjer Maltin, u li għandha bosta strutturi qodma u reliġjużi, kif ukoll bajjiet u xenarju naturali mill-isbaħ.

Hemm lista ta’ postijiet li wieħed jista’ jżur fil-gżira t’Għawdex.

F’lista oħra tal-aħjar ibliet fejn għandhom jgħixu ż-żgħażagħ tas-sit list25 hemm il-gżira ta’ Malta.

Filwaqt li Malta mhijiex belt, is-sit jiddeskrivi lil Malta bħala waħda mill-iżgħar pajjiżi fid-dinja, iżda jgħidu wkoll li hemm jgħixu l-aktar nies ġenerużi. Fl-ewwel post hemm Vienna u fit-tieni New York.