Malta trid tkun l-ewwel pajjiż ‘AI-powered’ fid-dinja – PM

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li d-Delta Summit hija vetrina għal Malta biex turi lid-dinja, l-progress li għamel il-pajjiż fil-qasam tat-teknoloġija l-ġdida fosthom il-Blockchain u Intelliġenza Artifiċjali.

Waqt il-ftuħ tad-Delta Summit li hu avveniment uffiċjali tal-Gvern Malti għall-Blockchain u l-Innovazzjoni, Muscat qal li l-Gvern stabilixxa mira nazzjonali dik li jagħmel minn pajjiżna l-ewwel stat ‘AI (Artificial Intelligence) powered’ u jagħti eżempju lid-dinja.

Huwa qal li l-Gvern Malti jrid jara li l-AI jiżviluppa b’tali mod u manjiera li tgħin biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja.

Muscat qal bl-għan li tintleħaq din il-mira, il-Gvern nieda IA Taskforce u anke strateġija għal esports.

Il-Prim Ministru awgura li d-Delta Summit din is-sena sservi bħala pjattaforma għall-inizjattivi li jkun qed jieħu l-Gvern Malti f’dan il-qasam.