Malta trid tiżgura l-kwalità tal-arja

F’taħdidiet li kellu mal-espert Ġermaniż, Karl Ludwig Huttner, il-Ministru Leo Brincat qal li biex ikollna kwalità tal-arja aħjar kulħadd irid jagħti sehmu fit-twettiq tal-politika dwar l-arja.

Leo Brincat saħaq dwar il-ħtieġa li naħdmu b’mod strutturat kemm fit-tfassil u kif ukoll fit-twettiq ta’ policies fuq il-kwalità tal-arja.

Il-Ministru Brincat qal li llum huwa fatt magħruf li l-aktar pajjiżi li rnexxew huma dawk li ma ħallewx l-emissjonijiet u t-tkabbir ekonomiku jikbru bl-istess pass u rata.

Filwaqt li pajjiżna jappoġġja l-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex din tkompli ttejjeb u ssaħħaħ l-istandards dwar arja nadifa, l-ewwel sfida li għandu quddiemu kull pajjiż hija li jiżgura li jkunu qed jintlaħqu u jiġu rispettati l-istandards dwar arja nadifa kif inhuma llum.

 

Ritratt: DOI – Saviour Cassar