Malta trid tirdoppja t-turisti mill-Korea t’Isfel – rapport

Read in English.

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għandha l-mira li tirdoppja l-ammont ta’ turisti Sud Koreani li jżuru Malta.

Skont rapport fil-Korea Times, ir-rappreżentant tal-Ġappun u l-Korea t’Isfel għall-MTA Shingo Endo qal li Malta attirat 4,518 Koreani fl-2018. Din is-sena l-mira hija ta’ 9,000 turist Sud Korean.

Endo qal li hemm rapporti li juri żieda ta’ 237% fl-ammont ta’ turisti Sud Koreani bejn Jannar u Mejju tal-2019 meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Qal li jemmnu li ż-żjara tal-grupp tal-K-pop BTS kellha rwol f’din iż-żieda.

Il-grupp BTS żar Malta s-sena l-oħra biex jiġbed filmati għall-programm tal-ivvjaġġar tiegħu Bon Voyage.

Skont il-ġurnal, l-MTA u l-linja tal-ajru Taljana Alitalia tellgħu l-2019 Product Seminar fil-Westin Chosun Seoul.

Studju li sar minn żewġ riċerkaturi mill-Università ta’ Malta sab li l-maġġoranza tar-residenti Maltin ma jridux li jiġu aktar turisti milli diġà hawn f’Malta.

Il-maġġoranza tal-Maltin ma jridux aktar turisti – studju