​”Malta trid issir mudell għall-pajjiżi oħra fil-muniti virtwali” – Silvio Schembri

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri qal li l-Kummissjoni Ewropea qed tosserva l-iżviluppi fis-settur tad-Distributed Ledger Technology jew DLT, bil-għan li Malta sservi ta’ mudell għall-pajjiżi oħra. 
Huwa semma li kien hawn interess qawwi fil-qasam regolatorju propost mill-Gvern Malti dwar it-teknoloġija tad-DLT. 
Il-proposti li bħalissa jinsabu fi stadju ta’ konsultazzjoni pubblika jinkludu fost l-oħrajn it-twaqqif ta’ awtorità ġdida dwar l-innovazzjoni diġitali. 
Silvio Schembri sostna kif filwaqt li pajjiżi oħra esprimew il-ħsibijiet tagħhom dwar kif jirregolaw il-muniti virtwali jew il-cryptocurrencies,  l-ebda stat ma estenda l-qafas regolatorju kif għamel il-Gvern Malti.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott