Malta trid issaħħaħ il-konnettività teknoloġika

Il-Gvern nieda sejħa għal studju ta’ fattibilità biex Malta jkollha cable taħt il-baħar ġdid li jgħaqqadha ma’ postijiet oħra fil-kontinent Ewropew.
Il-cable jintuża biex tissaħħaħ il-konnettività ta’ Malta f’dik li hi t-teknoloġija tal-informazzjoni. B’hekk, fi kliem is-Segretarju Parlamentari José Herrera, Malta tkompli tkun attraenti għall-industrija fil-qasam tas-servizzi u tibqa’ tikber bħala ekonomija.
L-istudju jrid iħares lejn il-lat tekniku, ekonomiku u finanzjarju ta’ din il-possibiltà. Il-proġett imbagħad isir b’fondi Ewropej biex hekk il-Gvern iwettaq miżura oħra mħabbra fil-Baġit.
Il-konnettività ta’ Malta bħalissa tiddependi biss minn Sqallija.