Malta tospita l-ewwel laqgħa Mediterranja tal-Iscouts u l-Guides

Bħalissa Malta qed tospita l-ewwel laqgħa fuq skala kbira (Jamboree) Mediterranja tal-Iscouts u l-Girl Guides.

Fi stqarrija, l-Iscouts u l-Girl Guides ta’ Malta qalu li nies minn 21 pajjiż differenti qed jattendu din il-Jamboree.

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret il-kamp u qalet li tinsab kburija bl-Iscouts Maltin u anke bil-Moviment tal-Iscouts Dinji.

Coleiro Preca qalet li huwa importanti ħafna li dawn iż-żgħażagħ ikomplu jaħdmu fuq il-valuri tar-rispett u tad-dinjità umana.

Dan il-kamp internazzjonali qed isir bejn l-1 u t-8 t’Awwissu f’Għajn Tuffieħa. It-tema hija #BridgingCultures.