Malta toħroġ mill-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv

Il-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi, l-ECOFIN, irratifika r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li titneħħa l-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv fil-konfront ta’ Malta.
Il-Gvern, fi stqarrija laqa’ din id-deċiżjoni.
Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech qal li din turi vot ta’ fiduċja lejn Malta mill-Unjoni Ewropea u turi li l-Gvern, permezz tal-politika tiegħu, qiegħed iwassal għal riżultati pożittivi fl-ekonomija.  
Fakkar li dawn ir-riżultati waslu mingħajr ebda miżuri ta’ awsterità u baqa’ għaddej l-inċentiv għal tkabbir ekonomiku.