Malta b’għajnuna lill-Greċja kontra n-nirien

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Michael Farrugia ħabbar li l-Gvern Malti kien se joffri l-għajnuna tiegħu lill-Greċja wara nirien kbar ħakmu l-penisola ta’ Attica viċin il-kapitali Ateni.

S’issa mietu 70 persuna. Fuq twitter, filwaqt li bagħat il-kondoljanzi lill-familjari tal-vittmi, Farrugia qal li d-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili offra l-assistenza tiegħu.