Malta tniedi helpline internazzjonali b’rabta mal-COVID-19

Police officers make checks on people at Milan's main train station
Police officers talk with people at Milan's main train station, following a government decree that has shut down large areas in the north of the country, to stem coronavirus contagion, Milan, Italy March 9, 2020. REUTERS/Daniele Mascolo

Read in English.

Fid-dawl tat-tixrid globali tal-COVID-19, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jixtieq jinforma li filwaqt li m’hemmx lok għal allarm, ċittadini Maltin għandhom isegwu l-istruzzjonijiet li qed joħorġu regolarment mill-awtoritajiet pertinenti kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta.

Il-Ministeru qiegħed isewgwi mill-qrib is-sitwazzjoni kif qed tiżviluppa u qiegħed f’kuntatt regolari u f’koordinament kemm mal-Ambaxxati Maltin kif ukoll mal-Awtoritajiet tas-Saħħa f’Malta.

Filwaqt li l-Missjonijiet Maltin barra minn Malta se jkunu qed jassistu ċittadini Maltin li jkollhom bżonn assistenza f’żoni affetwati, f’każ ta’ emerġenza jew għal aktar informazzjoni, ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw il-Ministeru kif indikat hawn taħt:

• Telefown: 00356 2204 2200
• Indirizz elettroniku: sitcen.mfea@gov.mt

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn