Malta tiżdied mal-lista ta’ pajjiżi ristretti minn Ċipru

Malta żdiedet mal-lista ta’ pajjiżi ristretti li jmorru minn u lejn Ċipru. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa Ċiprijott wara li ġiet innutata ż-żieda drastika fl-ammont ta’ każijiet pożittivi ta’ COVID-19 f’Malta.

Kull min imur Ċipru minn Malta issa jrid jagħmel swab test kif jasal u jibqa’ f’kwarantina għal 14-il ġurnata.

Il-Ministeru għas-Saħħa Ċiprijott fi stqarrija t-Tnejn filgħaxija qal li minn nhar il-Ħamis 20 t’Awissu Malta, Spanja u l-Awstralja se jiżdiedu ma’ Grupp Ċ, li hu grupp ta’ pajjiżi li l-poplu Ċiprijott ma jistax isiefer lejh jew minnu.

Qabel ma tniżżlet għal Grupp Ċ, Malta kienet parti minn Grupp A għas-safar f’Ċipru.