Malta titneħħa mil-lista l-ħamra tal-Belġju

Malta tneħħiet mil-list al-ħamra tal-Belġju biex b’hekk dawk li jmorru l-Belġju m’għandhomx l-obbligu li jagħmlu Swab Test u ħmistax kwarantina.

Malta tpoġġiet fil-lista l-ħamra fl-14 ta’ Awwissu meta l-Belġju ddeskriva lil Malta bħala pajjiż riskjuż għall-ivjaġġar. Din il-lista qed tkompli tiġi aġġornata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Belġjan.

Issa Malta tinsab fil-lista Oranġju fejn fiha l-Gvern Belġjan qed jissuġerixxi aktar kawtela għal min ikun dieħel fil-Belġju minn dawn il-pajjiżi fosthom Malta.

Għadd ta’ pajjiżi waqqfu l-ivjaġġar lejn Malta minħabba li l-għadd ta’ każijiet kien reġa’ beda jiżdied.

Illum l-għadd ta’ każijiet attivi kien ta’ 428 każ hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu 22 każi pożittivi u 37 fiequ.

Il-każi tal-lum
22 każ ġdid u 37 ifiqu