Malta titlef kontra l-Bulgarija f’Ta’ Qali

Malta tilfet bl-iskor ta’ 1-0 kontra l-Bulgarija f’logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 li saret f’Ta’ Qali lbieraħ filgħaxija.
Kien gowl ta’ Popov fil-bidu tat-tieni taqsima li ta r-rebħa lit-tim Bulgaru.
F’logħob ieħor ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 mill-istess grupp ta’ Malta, l-Italja spiċċat fi dro’ ta’ 1-1 kontra l-Kroazja filwaqt li l-logħba bejn in-Norveġja u l-Ażerbajġan spiċċat 0-0.
Minn Grupp A, waħda mill-ikbar sorpriżi kienet ir-rebħa ta’ 2-1 li kisbet l-Iżlanda fuq ir-Repubblika Ċeka.
F’logħbiet oħra minn Grupp B, l-Olanda rebħet away kontra l-Latvja 2-0, filwaqt li Wales għelbu f’darhom lill-Belġju bl-iskor ta’ 1-0.