“Malta titlef €725 miljun f’korruzzjoni” – rapport

Minn rapport maħruġ mill-Partit Ewropew tal-Ħodor joħroġ li Malta titlef €725 miljun f’sena minħabba l-korruzzjoni. Il-European Greens jgħidu li dan daqs il-fondi vvutati fil-baġit f’Malta dwar il-kura għall-Anzjani u seba’ darbiet akbar mill-baġit għal familja u tfal.

Ir-rapport jinnotta li l-baġit kollha tal-edukazzjoni f’pajjiżna huwa ta’ €510 miljun, cioe’ inqas mill-ammont li jintilfu f’korruzzjoni.

Meta tieħdu l-ammont, b’ras imb ras fuq il-popolazzjoni Maltija, l-korruzzjoni qed tnaqqar €16,671 mill-but ta’ kull persuna f’Malta.

Ir-rapport ‘The Cost of Corruption in Malta’ jikkalkula li l-korruzzjoni f’Malta tlaħħaq l-8.65% tal-prodott Gross Domestiku.

Ir-rapport jagħmel analiżi tal-korruzjoni f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea. Jgħid li skont taħriġ tal-Eurostat, 54 fil-mija ta’ dawk intervistati f’Malta jistqarru li l-livell ta’ korruzzjoni f’pajjiżna żdied fl-aħħar tliet snin, waqt li 79 fil-mija jaħsbu li l-korruzzjoni hija mifrux fil-pajjiż kollu.

Għaxra fil-mija ta’ dawk intervistati qalu li huma jafu personalment lil xi ħadd li jixxaħħam. Madwar 83 fil-mija qalu li l-korruzzjoni mhux aċċettabbli.