Malta titlef 0-2 … Skont il-midja Taljana Mifsud kien fost l-aqwa

Il-logħba tal-bieraħ bejn Malta u l-Italja mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2014 spiċċat b’telfa ta’ żewġ gowls għal Malta.

Kien Mario Balotelli li ssiġilla rebħa għat-Taljani hekk kif għamel dopjetta. L-ewwel gowl ġie fl-ewwel tminn minuti logħob minn penalty u t-tieni fl-45 minuta tal-ewwel taqsima.

Il-Maltin tilfu ċans tad-deheb meta fil-15-il minuta il-goalkeeper Taljan waqqa’ lil Andre Schembri fil-kaxxa u Malta ngħatat penalty. Buffon laqa’ il-pentaly ta’ Michael Mifsud.

Gazzetti Taljani dalgħodu rrappurtaw li l-plejers Taljani ma tawx l-għalmu tagħhom. Filfatt, l-Italja kienet tkun kuntenta anke b’gowl wieħed. Skont il-kowċ Taljan, l-importanti hu li l-Italja tieħu tliet punti. Għal plejers Maltin, il-midja Taljana ma tantx għaddiet kummenti negattivi. Fi kliemhom, Michael Mifsud hu l-aktar plejer Malti li spikka.

Filfatt, skont it-taqsima sportiva ta’ Mediaset, lil Michael Mifsdu tawh vot ta’ 6.5 minn 10 u ġie deskritt bħala l-periklu numru wieħed ta’ Malta u kien sfortunat meta falla ċans minn ħdax-il metru bogħod mil-lasta.