Malta tista’ tkun hub għall-provvista ta’ gass għan-naħa ta’ isfel tal-Ewropa – PN

Il-kelliem Nazzjonalista għall-Enerġija George Pullicino qal li Malta tista’ tkun hub għall-provvista ta’ gass għan-naħa ta’ isfel tal-Ewropa.
Filwaqt li laqa’ b’mod pożittiv il-laqgħa li saret f’Malta dwar l-iżviluppi tal-gass fil-Mediterran, George Pullicino qal li l-gvern preċedenti kien qed jeżamina l-vijabilità ta’ proposta biex Malta issir hub għall-provvista ta’ gass għan-naħa ta’ isfel tal-Ewropa.   
George Pullicino qal li dan kien ifisser prezzijiet orħos għal Malta u fuq kollox mingħajr ma jkun hawn ħażna ta’ gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk li fi kliemu hija ta’ periklu għall-pajjiż. Qal li hija ħasra li dan l-istudju ta’ vijabilità tpoġġa fuq l-ixkaffa minn dan il-Gvern.
Appella wkoll lill-Gvern sabiex jippubblika mill-aktar fis il-Pjan Nazzjonali Rivedut għall-Energija Nadifa.