Malta tista’ tintlaqat minn uragan

Il-paġna ta’ Facebook Weather Malta ħarġet filmat u kkonfermat li se jiġi ffurmat Urugan Mediterranju magħruf bħala Medicane fin-nofsinhar tal-Mediterran fil-ġranet li ġejjin. Skont il-mudelli matematiċi li qed isegwu jidher li tarfu tista’ tgħaddi qrib Malta. Qed jingħad ukoll li jista’ jsir l-aktar uragan Mediterranju b’saħħtu li qatt kien hawn fil-Mediterran. Tawh l-isem ta’ Zorbas.

Mediterranean Hurricane to pass close to Malta?

Mediterranean Hurricane CONFIRMED! ALL weather models are predicting the formation of a Mediterranean Hurricane or Medicane in the southern Mediterranean over the next few days and some of these are indicating the edge of it may pass close to Malta! This Medicane has already been named as Zorbas and could potentially become the strongest every Medicane in the Mediterranean! Please LIKE and SHARE for others. Thanks.IKKONFERMAT il-formazzjoni ta' Urugan Mediterranju! Il-mudelli matematiċi KOLLHA tat-temp qegħdin ibassru l-formazzjoni ta' Urugan Mediterranju jew Medicane fin-nofsinhar tal-Mediterran fil-ġranet li ġejjin u xi wħud minnhom qegħdin jindikaw li tarfu jista' jgħaddi qrib Malta! Dan il-Medicane diġa ngħata l-isem ta' Zorbas u jista' jsir l-aktar Urugan Mediterranju b'saħħtu li qatt kien hawn fil-Mediterran. Jekk jogħġbok, agħfas LIKE u SHARE għall-oħrajn. Grazzi.

Posted by Malta Weather on Wednesday, September 26, 2018

Intant, l-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riħ qawwi għall-qawwi mill-Grieg it-Tramuntana li se tibqa’ fis-seħħ sal-11pm.

Motorists and pedestrians are kindly advised to avoid the area known as il-Fossa in Valletta (Triq il-Lanca) due to high waves caused by strong winds.Photo: Google maps

Posted by The Malta Police Force on Wednesday, September 26, 2018

Min-naħa l-oħra, l-Korp tal-Pulizija, fuq Facebook talab lil kulħadd sabiex jevita li jsuq jew jimxi fiż-żona magħrufa bħala l-Fossa fi Triq il-Lanċa fil-Belt Valletta. Dan minħabba li ż-żona hija maħkuma minn mewġ kbir ikkawżat mir-riħ qawwi.

Ir-riħ qawwi ilu għaddej min-nhar l-Erbgħa u ħalla bosta dgħajjes imfarrka u mġarrfa mal-kosta Maltija, b’mod speċjali fix-Xemxija, fejn saħansitra l-lejl li għadda l-Pulizija kellhom jgħalqu parti minn Xatt Pwales u jidderieġu t-trafifku minħabba l-ilma u l-ġebel li tella’ l-baħar fit-triq.