“Malta tista’ tagħmel id-differenza minkejja ċ-ċokon tagħha” – Miriam Dalli

Il-kandidata għall-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista, Miriam Dalli qalet li minkejja d-daqs ta’ Malta xorta tista’ tagħmel differenzaf’oqsma varji fl-Unjoni Ewropea.

Dalli kienet qed titkellem waqt sensiela ta’ intervisti ma’ diversi kandidati għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Hija qalet li d-differenza ewlenija hija li Malta tappartjeni għal komunità ħafna ikbar, iġġib id-differenza fil-mod kif il-pajjiż u ċ-ċittadini jaħsbu.

Dalli spjegat li fil-qasam tagħha dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima hija imbuttat ambizzjoni li temmen li tagħmel ġid lil Malta. Semmiet ukoll li fil-qasam tal-immigrazzjoni nnegoozjat €10.4 biljun.

Miriam Dalli qalet li huwa importanti li wieħed jivvota għall-kandidati li jixtieq li jirrapreżentawh. Hija qalet li Malta għandha tkun leader minkejja li hi pajjiż żgħir tista’ ġġib lil pajjiżi flimkien.