Aġġornata: Il-Gvern jgħid li l-arranġamenti tax-Schengen għadhom fis-seħħ

Il-Ministeru għall-Intern qal li l-arranġamenti taż-Żona Schengen bħalissa għadhom fis-seħħ.
Fi stqarrija sostna li l-Gvern jixtieq jiċċara li l-komunikazzjoni dwar l-arranġamenti tax-Schengen b’mod temporanju għal matul is-summits li se jsiru f’Malta għadu għaddej.
Sostna li dan jgħaddi minn proċess sħiħ, inkluż fuq livell Ewropew, nħalma seħħ fi żmien l-aħħar żjara tal-Papa f’Malta.

Iktar kmieni:
Malta ssospendiet b’mod temporanju l-ftehim tax-Schengen bejn nofsillejl tal-lum u t-3 ta’ Diċembru.
Dan ifisser li se jerġgħu jkunu infurzati l-kontrolli mal-fruntieri għall-passiġġieri kollha.
Ix-Schengen qed ikun sospiż bħala miżura ta’ sigurtà għas-Summit dwar l-Immigrazzjoni, li se jsir bejn il-11 u t-12 ta’ Novembru kif ukoll għaċ-CHOGM, li se jsir bejn is-27 u d-29 ta’ Novembru.