​Malta tissieħeb fl-Organizzazzjoni tal-Projbizzjoni tal-Armi Kimiċi

Malta saret membru fl-Organizzazzjoni tal-Projbizzjoni tal-Armi Kimiċi (OPCW) għal perjodu ta’ sentejn li jibda f’Mejju tal-2018.
Fi stqarrija, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin qal li dan ġie kkonfermat fit-22 sessjoni tal-konferenza tal-istati membri tal-Organizazzjoni.
Din l-organizzazzjoni li hi bbażata f’The Hague fin-Netherlands tippromwovi u tivverifika li l-pajjiżi qed iżommu mal-Konvenzjoni tal-Armi Kimiċi li tipprojbixxi l-użu tagħhom.  
Il-Ministeru qal li aktar minn 96% tal-armi kimiċi ddikjarati mill-istati ġew meqruda u għall-isforzi tagħha, l-OPCW irċeviet il-Premju Nobel għall-Paċi fl-2013.
Il-Ministeru stqarr li Malta ilha mill-1997 tagħti kontribut lejn il-miri tal-OPCW għal dinja ħielsa mill-armi kimiċi. Fl-2016 Malta ġiet rikonoxxuta għall-kontribut tagħha għall-eliminizazzjoni tal-armi fil-Libja.