Malta tisħaq fuq pjan ta’ kontinġenza f’każ ta No-Deal Brexit

Read in English.

Filwaqt li jkun aħjar jekk jintlaħaq ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit sakemm tagħlaq is-sena, l-UE għandha jkollha pjan konkret ta’ kontinġenza li jaħseb f’kull eventwalità, skont is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.

Zrinzo Azzopardi kien qed jitkellem waqt il-Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu, u n-negozjati li għaddejjin mar-Renju Unit fil-kuntest ta’ Brexit ġew diskussi.

Għalkemm il-Kummissjoni Ewropea esprimiet li se tkompli taħdem biex jintlaħaq ftehim, dan il-ftehim għadu ma wasalx anke jekk iż-żmien ta’ tranżizzjoni wara Brexit se jagħlaq fl-aħħar tas-sena. B’hekk ġew discussi iż-żewġ xenarji, f’każ li jintlaħaq jew ma jintlaħaqx ftehim.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll ir-Rapport Annwali dwar is-Saltna tad-Dritt, u Zrinzo Azzopardi esprima l-appoġġ ta’ Malta għall-mekkaniżmu tas-saltna tad-dritt. Hu semma r-riformi istituzzjonali li twettqu f’Malta din is-sena biex tissaħħaħ is-saltna tad-dritt, u faħħar id-djalogu kostruttiv bejn il-Kummissjoni Ewropea u s-stati membri bħala parti minn dan il-proċ€ss.