Malta tisħaq fuq l-importanza ta’ soluzzjoni malajr għal-Libja

F’laqgħa li saret illum wara nofsinhar bejn il-Gvern Malti u uffiċjali governattivi u parlamentari tal-Libja, rappreżentanti tal-Gvern saħqu fuq l-importanza li tinstab soluzzjoni paċifika u kemm jista’ jkun malajr għall-kunflitt fil-Libja.
Il-laqgħa tmexxiet mid-Deputat Prim Ministru Louis Grech u mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella u kienet titratta s-sitwazzjoni u l-aħħar żviluppi fil-Libja.
Fil-laqgħa ntqal kif il-kunflitt fil-Libja qed iwassal għal tbatija u kriżi umanitarja fost il-Libjani. Fi stqarrija, il-Gvern qal li jemmen li s-soluzzjoni finali għandha tinstab permezz ta’ djalogu bejn il-partijiet kollha involuti.
Barra minn hekk, saħaq ukoll fuq l-importanza li tirrikonoxxi l-Kamra tar-Rappreżentanti kif eletta mill-poplu Libjan fl-aħħar elezzjoni.
 
Ritratt: Omar Camilleri