Malta tirrifjuta l-evakwazzjoni ta’ tfal f’kundizzjoni kritika – Sea-Eye

Aġġornat 09:12 PM
Sea-Eye

Malta qed tirrifjuta li tevakwa għaxar persuni li jinsabu f’kundizzjoni kritika li jinkludu sitt itfal, skont l-għaqda li ssalva lin-nies Sea-Eye.

Fuq Facebook, is-Sea-Eye qalet li hemm 32 persuna abbord il-bastiment Alan Kurdi.

Qalet li l-awtoritajiet Maltin jemmnu li mara tqila li qed issofri minn dehydration u tfal li mhux qed jieklu m’humiex każijiet ta’ emerġenza. L-NGO qalet li t-tfal ma jieklux minħabba l-istress u seasickness.

L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna fuq Twitter appella biex tinstab soluzzjoni malajr.

L-NGO qalet li qed ifittxu kenn ħdejn Sqallija peress li ġej il-maltemp.

❗️UPDATE32 Gerettete an Bord der ALAN KURDI warten weiterhin auf einen sicheren Hafen.Malta hat uns eine Evakuierung…

Posted by sea-eye on Saturday, December 28, 2019