Malta tirreġistra l-ogħla żieda fix-xiri u l-bejgħ bl-imnut fl-Ewropa

F’Ġunju ix-xiri u l-bejgħ bl-imnut fiż-żona ewro naqsu b’0.5% filwaqt li f’Malta żdiedu b’1.8%.

Malta irreġistrat l-ogħla żieda fost il-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel max-xahar ta’ Mejju.

Fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, ix-xiri u l-bejgħ bl-imnut naqas b’0.3%.

Dan jirriżulta mill-istatistika maħruġa mill-Eurostat.

L-akbar żieda ġiet irreġistrata f’Malta b’1.8%, il-Lussemburgu b’1.3% u d-Danimarka b’1.2%.

L-akbar tnaqqis ġie irreġistrat fl-Estonja bi 3.3%, l-Ungerija b’1.9% u l-Awstrija b’1.7%.

Meta mqabbel ma’ Ġunju tas-sena li għaddiet, il-bejgħ bl-imnut naqas b’0.9% fiż-żona ewro u żdied b’0.1% fl-Unjoni Ewropea. 

L-ikel, ix-xorb u t-tabakk naqas b’0.6% kemm fiż-żona ewro kif ukoll fl-Unjoni Ewropea.

Is-setturi mhux relatati mal-ikel naqsu b’0.2% fiż-żona ewro u baqgħu stabbli fost il-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea.