Malta tirreġistra l-akbar surplus fl-UE

Malta rreġistrat l-akbar surplus fl-Unjoni Ewropea u kienet ir-raba’ l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li naqset ir-rata tad-dejn.
Ċifri tal-Eurostat juru li bejn Jannar u Marzu 2017, Malta kellha l-akbar bilanċ ta’ 3.5% tal-Prodott Gross  Domestiku. Malta kienet segwita mill-Ġermanja u mill-Olanda. Ir-Rumanija kienet l-aktar pajjiż li rreġistrat defiċit ta’ 3.5%.
L-istatistika turi wkoll li t-28 pajjiż tal-UE kellhom żbilanċ ta’ 1%.
Dwar id-dejn, l-istatistika turi li d-dejn tal-gvernijiet fit-28 pajjiż tal-UE kien ta’ 89.5% tal-Prodott Gross  Domestiku.
Dan wara li 19-il pajjiż tal-UE naqsu d-dejn tagħhom meta mqabbel mal-Prodott Gross  Domestiku.