Malta tirratifika t-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari

FILE PHOTO: The United Nations Headquarters is pictured as it will be temporarily closed for tours due to the spread of coronavirus in the Manhattan borough of New York City, New York, U.S., March 10, 2020. REUTERS/Carlo Allegri

Read in English.

Malta irratifikat it-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari nhar it-Tnejn, fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Paċi u ta’ jum l-indipendenza tagħha.

l-istrument ta’ ratifika għat-trattat ġie ffirmat f’isem Malta mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo, u sottommess mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti Vanessa Frazier.

It-trattat għandu bżonn jiġi rratifikat minn 50 stat biex jidħol fis-seħħ.

Malta kienet iffirmat it-trattat fl-24 ta’ Awwissu 2020, l-84 stat membru tan-NU li għamel hekk. It-trattat għandu l-għan li jikseb dinja ħielsa mill-armi nukleari, li hu wkoll prinċipju gwida tal-politika barranija ta’ Malta.

Però l-ebda stat nukleari għadu ma ffirma jew irratifika it-trattat, b’numru minnhom – inklużi l-Istati Uniti u r-Russja, li għandhom l-akbar numru ta’ armi nukleari – jopponuh espliċitament.