Malta tirbaħ il-premju The Best Island Resort 2012

Il-viżitaturi tal-websajt tal-ivvjaġġar www.travel.ru ivvutaw lil Malta bħala l-aqwa gżira fl-2012 u ngħatat il-premju The Best Island Resort.

Kien hemm iktar minn 10,000 vot f’kategoriji differenti.

F’din il-kompetizzjoni b’kollox kien hemm 34 destinazzjoni differenti.

Il-premju ngħata lill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu waqt ċerimonja li saret f’Moska u li mmarkat l-għaxar edizzjoni ta’ dan il-premju

Il-websajt Travel.ru hu wieħed mill-iktar websajts b’informazzjoni tal-ivvjaġġar imfittxija mir-Russi.

Matul is-sena li għaddiet f’Malta ġew madwar 32,000 turist Russu.