Malta tirbaħ f’kampjonat tal-Bodybuilding

Il-Malta Federation of Bodybuilding & Fitness (MFBBF) għadha kemm irċeviet riżultat sodisfaċenti fl-IFBB European Championships 2018, avveniment li sar fl-hekk imsejjaħ bħala l-kapitali dinjija tal-idoneità, fi Spanja. 
F’dan l-avveniment tal-bodybuilding, li kien imqassam f’erbat ijiem, ħadu sehem aktar minn 1,100 parteċipant, minn aktar minn 40 pajjiż.  
Sabrina Villari ġiet imħabbra ċ-champion Ewropea fil-kategorija Women’s Wellness Fitness fil-klassi ta’ tul ta’ 158cm. 
L-atleti Maltin Carlos Caruana, Sabrina Micallef u Roderick Theuma kollha kellhom prestazzjoni tajba hekk kif Caruana ġab lura l-medalja tal-fidda fil-kategorija tal-bodybuilding tat-80kg; Theuma ġie fis-6 post fis-Seniors Bodybuilding; filwaqt li Micallef ikklassifikat fid-9 post fil-kategorija Masters Bodyfitness. 
L-atleti tal-MFBBF issa se jipparteċipaw f’kompetizzjoni internazzjonali,“The Battle 2018”, li se ssir fil-25 ta’ Awwissu fil-Corinthia San Ġorġ f’San Ġiljan.