Malta tipproponi li tonfoq €410,000 għall-EuroPride fl-2023

Read in English.

Malta hija waħda mill-pajjiżi li jinsabu fl-aħħar fażi tal-għażla biex tospita EuroPride 2023, attività annwali tal-LGBTIQ madwar l-Ewropa fil-belt Valletta. Fl-offerta tagħha Malta qalet li lesta tħallas €410,000 li minnhom €300,000 iħallashom il-Gvern bil-bqija jkunu mħallsin minn sponsorships, donazzjonijiet u dħul ieħor.

L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Organizzaturi tal-Pride, li għandha liċenzji tal-EuroPride, ippubblikat l-offerti minn Belfast Pride (l-Irlanda), Malta Pride (Malta) u Rotterdam Pride (l-Olanda).

L-organizzaturi f’Rotterdam qed jipproponu li jonfqu €575,000 bil-Gvern Olandiż joħroġ €270,000 filwaqt li l-Olandiżi qed jipproponu li jonfqu €247,000 u €13,280 biss minn fondi pubbliċi.

Fi stqarrija maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, il-Gvern qal li jappoġġja bi sħiħ dan l-avveniment li jattira lejh eluf ta’ turisti minn madwar id-dinja. Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar qalet li matul l-aħħar ħmistax-il sena, il-Pride Marchannwali trasforma minn laqgħa żgħira għal waħda mill-akbar avvenimenti LGBTIQ+ iċċelebrati f’Malta.

Il-Gvern qal li din l-offerta hija r-riżultat ta’ sforzi mill-ARC, MGRM, LGBTI+ Gozo, Drachma u d-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem. Clayton Mercieca, Community Manager għal Allied Rainbow Communities (ARC) qal li, “Il-komunità Maltija LGBTIQ+ hija kburija li tagħmel parti mill-moviment LGBTIQ+ Ewropew, iżda ssib ruħha wkoll fil-qalba tar-reġjuni tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta’ Fuq fejn l-ugwaljanza għadha ’l bogħod”.

Ara min huma l-persuni fl-Isteering Committee: