Malta tipproponi li jinħatar rappreżentant speċjali fl-OSCE għall-Mediterran

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella ltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tal-OSCE Lamberto Zannier, li żar Malta biex jipparteċipa għal konferenza dwar l-att ta’ Ħelsinki.
Il-Ministru Vella qal li dak li kienet saħqet Malta fl-1975 fl-att ta’ Ħelsinki għadu rilevanti sal-lum speċjalment dwar is-sigurtà fil-Mediterran fix-xenarju globali bħalissa.
Huwa faħħar ir-rwol tal-OSCE fl-Ukraina kif ukoll għad-djalogu f’setturi bħalma huma l-immigrazzjoni u s-cyber security.
Saret referenza għall-proposta ta’ Malta li jinħatar rappreżentant speċjali fl-OSCE għall-Mediterran u kif din il-proposta qed issib l-appoġġ ta’ bosta pajjiżi.
Is-Segretarju Ġenerali tal-OSCE Lamberto Zannier ippropona li l-uffiċċju ta’ dan ir-rappreżentant ikun ibbażat f’Malta stess.
Intlaħaq qbil li uffiċċju għandu jkollu rwol fundamentali ta’ referenza biex iqarreb il-Mediterran mal-Ewropa u l-pajjiżi Għarab.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo