Malta tinsab impenjata li tkompli ssaħħaħ l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Il-qafas għas-sena 2030 fil-qasam tal-klima u l-enerġija għandu jkun mibni fuq prinċipji bażiċi ta' solidarjetà, ġustizzja u anki flessibilità.
Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat f'laqgħa interministerjali konġunta f'Milan taħt il-Presidenza Taljana tal-Kunsill Ewropew.
Malta tinsab impenjata li tkompli ssaħħaħ l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tant li sas-sena 2020, Malta mistennija li tilħaq l-rata tal-effiċjenza ta’ 50% mil-livell attwali ta’ 35%.
Il-Ministru Brincat qal li dan il-proċess għandu jissaħħaħ kemm permezz ta' investiment fl-infrastruttura ħadra għall-iżvilupp tas-settur tal-enerġija rinovabbli, kif ukoll billi jissaħħu l-ħiliet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin f'dawn is-setturi.
L-iskop tal-laqgħa interministerjali kien li twitti t-triq għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru li mistenni jattendu għaliha l-Prim Ministri u mexxejja Ewropej.