Malta tingħaqad ma’ pajjiżi Ewropej kontra t-terroriżmu

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Karmenu Abela ingħaqad ma’ diversi Ministri oħra minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u li wkoll huma responsabbli mis-sigurtà biex jiddiskutu miżuri bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu.
Il-Ministru Karmenu Abela enfasizza l-bżonn t’aktar qsim ta’ informazzjoni bejn il-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea kif ukoll saħaq fuq l-importanza li r-riżorsi jintużaw sew.
Il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali irrefera għall-attakk riċenti fuq il-lukanda Corinthia fi Tripli u ħeġġeġ biex jinstabu modi biex jitwaqqaf it-terroriżmu.
Semma’ wkoll l-irwol ta’ Malta fir-rigward tal-immigrazzjoni irregolari u tkellem dwar il-bżonn li l-pajjiżi Ewropej jaħdmu flimkien fuq din il-kwistjoni.