Malta tingħaqad għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-BNI

L-attivitajiet se jinkludu preżentazzjonijet minn esperti tan-networking, jipprovdu lill-parteċipanti b’suġġerimenti utli għal networking b’saħħtu u effettiv, u strateġiji biex jiksbu tkabbir ekonomiku fit-tul għan-negozju tagħhom. Dawk li se jattendu se jkollhom opportunità unika li jagħmlu networking ma’ professjonisti, negozjanti u imprendituri.
Fuq l-inizjattiva tal-BNI, l-ikbar organizzazzjoni ta’ networking għan-negozju fid-dinja, din il-ġimgħa tippreżenta opportunità ta’ networking għal gruppi, kumpaniji, organizzazzjonijiet u individwi madwar id-dinja biex jibdew l-2015 billi jieħdu passi proattivi ħalli jużaw in-networking b’mod strateġiku għat-tkabbir tan-negozju.
Din hi r-raba’ sena konsekuttiva li l-Malta BNI qed tiċċelebra l-Ġimgħa Internazzjonali tan-Networking li bdiet issir fl-2007 u dejjem żdiedet fil-popolarità minn sena għall-oħra madwar id-dinja.
L-attività f’Malta, li se titmexxa mid-Direttur Nazzjonali tal-Malta BNI, David Bullock, se ssir nhar il-Ħamis 5 ta’ Frar 2015 fil-Hotel Phoenica, Floriana, kmieni filgħodu fis-7.00 am. L-idea hi li wieħed ikun lura l-uffiċċju sal-10:00/10.30 am, jekk ma jitħajjarx ukoll jibqa’ għal aktar networking.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt