​Malta timporta laħam tat-tiġieġ miċ-Ċina

Din is-sena s’issa Malta impurtat, f’għaxar okkażjonijiet differenti, laħam tat-tiġieġ miċ-Ċina.
Il-Ministru tal-Ambjent Leo Brincat ikkonferma dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
Il-Ministru spjega li d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja hu involut fil-monitoraġġ li jsir f’każ ta’ importazzjoni tal-laħam.
Speċifika li fit-testijiet li saru, skont il-pjan nazzjonali li jirregola dan il-qasam, ir-riżultati maħruġa sal-lum huma sodisfaċenti.