Malta tilqa’ l-linja tal-ajru Eurowings

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ l-ewwel linja tal-ajru ġdida għall-2017.
Din se ttejjeb il-konnessjoni eżistenti bejn Malta u l-Awtrija billi se tibda topera titjiriet lejn Vjenna kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ħadd filgħodu sa Ottubru.
Eurowings, li hi sussidjarja tal-Lufthansa Group, hi mistennija tieħu post Germanwings wara eżerċizzju ta’ rebranding.
Il-linja tal-ajru se tkun qed toffri wkoll titjiriet lejn destinazzjonijiet iktar imbiegħda bħall-Karibew u Bangkok.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport, Alan Borg, sostna li okkażjonijiet bħal din jipprepmjaw il-ħidma tal-Ajruport biex jiżgura li l-Gżejjer Maltin igawdu mill-aqwa konnessjonijiet.