Malta tilħaq is-60,000 swab test – Fearne

Twitter - Chris Fearne

F’Malta saru aktar minn 60,000 swab tests.

Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq Twitter.

Dalgħodu l-Ministeru għas-Saħħa qal li fl-aħħar 24 siegħa kienu saru 1,727 swab tests.

Din il-ġimgħa Fearne qal li mis-26 ta’ Marzu sas-17 ta’ Mejju saru 2,794 swab tests fiċ-ċentru tal-Heliport f’Għawdex. Fearne kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said. Said talab għan-numru ta’ testijiet ġurnata b’ġurnata. Fearne wieġeb bit-total.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn