Malta tikkwalifika għall-ewwel rawnd tal-UEFA Futsal Cup

It-tim Malti ta’ Luxol Futsal sar l-ewwel klabb Malti li kkwalifika fl-ewwel rawnd tal-UEFA Futsal Cup.
It-tim li jinsab fl-Awstrija, rebaħ kull logħba fi Grupp C biex b’kollox rebaħ total ta’ disà punti.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Clifton Grima, qal li s-suċċess tat-tim jagħmel kuraġġ lill-aktar individwi u klabbs Maltin li jiġu biex jirrapreżentaw lil Malta barra mill-pajjiż.
Bejn l-10 u l-15 ta’ Ottubru, it-tim se jkun ir-Rumanija biex jilgħab fl-ewwel rawnd  tal-UEFA Futsal Cup, mal-aqwa 32 team tal-Futsal fl-Ewropa.
It-tim Malti se jilagħbu kontra Araz-Naxçıvan PFK tal-Ażerbajġan, Mostar mill-Bożnija-Ħerzegovina, kif ukoll konta r-Rumeni ta’ FC Deva.