Malta tikkundanna l-attakk kimiku fis-Sirja

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ikkundanna l-attakk kimiku fis-Sirja li qatel għexieren ta’ nies inkluż tfal.
Fi stqarrija l-Ministru George Vella qal li l-użu tal-armi kimiċi fl-attakk tal-bieraħ jikser il-prinċipju fundamentali tal-Konvenzjoni tal-Armi Kimiċi.
Saħaq li dan imur kontra l-ligi internazzjonali umanitraja.
Qal li min hu responsabbli għal dawn l-atroċitajiet għandu jinżamm responsabbli skont kif titlob il-liġi internazzjonali.
Appella biex il-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja jwaqqfu l-vjolenza u jfittxu soluzzjoni għal politika li tassigura li l-futur ma jkunx iddeterminat mill-passat.
Fl-aħħar sitt snin ta’ gwerra sitt miljun persuna ħarbu minn darhom, ħames miljun marru f’pajjiżi oħra u minn tal-anqas 250,000 persuna nqatlu.