Malta tikkommetti ruħha li tnaqqas il-gassijiet serra sa 3 snin oħra

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ffirma d-dokument tar-ratifika tal-Emenda ta’ Doħa.
Dan ifisser li Malta se tkun qiegħda tikkommetti ruġha li tilħaq il-miri tagħha biex jiġu limitati jew imnaqqsin gassijiet b’effett ta’ serra.
Dan il-pass kien diġà ssemma ġimagħtejn ilu mill-Ministru għall-Ambjent, Josè Herrera, meta waqt laqgħa li saret f’Bonn, il-Ġermanja, qal li Malta kienet se timplimenta l-Emenda ta’ Doħa tal-Qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC).
L-emenda ta’ Doha titlob li dawk li se jimplimentawha qed juru l-impenn tagħhom biex sal-2020 inaqqsu bi 18% l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (greenhouse gases).