Malta tiddikjara emerġenza tal-klima

Read in English.

Malta llum iddikjarat emerġenza tal-klima.

Illejla fil-Parlament, iż-żewġ partiti l-kbar ħadmu flimkien biex għadda l-abbozz dwar l-ambjent.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu l-PN qal li l-irwol tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) kien “strumentali” biex ikkonvinċa lill-Ministru għall-Ambjent jemenda l-mozzjoni tal-Gvern u jintlaħaq kompromess bejn iż-żewġ naħat.

Fi stqarrija, il-PN qal li “illejla ma rebaħx il-Partit Nazzjonalista. Rebħet is-soċjetà ċivili. Illejla ma tilef ħadd. Illejla rebaħ pajjiżna. Rebħet Malta. Illejla l-Kamra tar-Rappreżentanti vvutat sabiex tilqa’ l-mozzjoni tal-PN wara li kien il-katalist għall-bidla pożittiva għal Malta. Illejla l-Gvern qabel illi tkun iddikjarata emerġenza tal-klima u li Kumitat Parlamentari tal-Ambjent jiġi mgħolli bir-responsabbilità li jibda jindirizza l-bidla fil-klima.”

Il-KNŻ ġabar firem minn madwar 31 għaqda taż-żgħażagħ għal ittra li ħeġġet lid-deputati tal-Parlament japprovaw dikjarazzjon ta’ emerġenza tal-klima.

Iż-żgħażagħ jappellaw għal Stat ta’ Emerġenza dwar il-Klima

Proud to announce that after a lot of hard work Parliament has declared a state of climate emergency

Posted by KNŻ – Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ on Tuesday, October 22, 2019