Malta tiċċelebra t-teatru għall-ewwel darba

Għall-ewwel darba f’Malta, din is-sena se jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali tat-Teatru.
Dan l-avveniment, li ilu jsir madwar id-dinja mill-1962, f’Malta se jkun iċċelebrat nhar is-27 ta’ Marzu bl-isem Viva Teatru.
L-attività mtellgħa minn Teatru Malta u l-Kunsill Malti għall-Arti se titnieda nhar il-Ġimgħa fit-Teatru Metanoia f’Ħal Luqa fejn se jiġi mniedi katalgu li se jkun fih l-ispazji teatrali kollha f’Malta.
It-teatru f’Malta se jkun diskuss waqt dibattitu informali bl-isem Taħdita Teatru fit-teatru tal-kampus tal-Università l-Belt.
Il-programm ta’ dawn it-tlett ijiem ta’ ċelebrazzjonijiet u attivitajiet jinsab fuq www.artscouncilmalta.org.
Ritratt: Kunsill Malti għall-Arti