Malta tibdel fehmitha dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur

Malta hija t-22 Membru Ewropew li ingħaqad mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Malta dawret fehmtha hekk kif kien jidher li ma kinitx fil-ħsieb li tingħaqad wara nuqqas ta’ qbil dwar il-mandatt il-ġdid.

Il-Membru Parlamentari, Jason Azzopardi qal li ma kinitx ta’ sorpriża li Malta ddeċidiet li ma tingħaqadx mal-Uffiċċju tal-Prosekutur, għax fl-opinjoni tiegħu, il-Gvern għandu interess personali biex ma jiġġilidx il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus.

Iżda f’Marzu ta’ din is-sena, Malta wriet interess li formalment tingħaqqad mal-Uffiċju tal-Prosekutur. Issa Malta kkonfermat b’mod formali li tixtieq tingħaqqad.

F’ittra indirizzata lill-Kummisjoni Ewropea għall-Justizzja, il-Ministru tal-ġustizzja, Owen Bonnici qal li Malta tirrikonoxxi l-irwol li għandu l-Uffiċċju biex ikunu salvagwardjati l-fondi tal-Unjoni kif ukoll l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea.

Biex tara l-filmat relatat ma dan u għal aktar informazzjoni tista’ ssibha hawn.