Malta tgħin lil-Libja fl-ilma u l-kura medika

Il-Gvern Malti ta €25,000 lill-awtoritajiet Libjani sabiex jintużaw għal ilma u kura medika oħra.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal fi stqarrija li l-flus ngħataw wara t-talba internazzjonali li tas-Salib Aħmar għamlu waqt attività f’Lulju li għadda f’Ġeneva.
L-appoġġ se jingħata fil-forma ta’ riparazzjoni tal-infrastruttura tal-ilma u fil-faċilitajiet tas-saħħa billi jiġi pprovdut materjal għat-trattament tal-ilma u materjali liċ-ċentri tal-kura tas-saħħa primarja.
Il-Ministeru temm jgħid li jkompli jappoġġja x-xogħol li qiegħed isir mill-Komunità Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u jemmen li l-kontribuzzjoni se tassisti sabiex il-Pjan ta’ Rispons ta’ din il-komunità jkun implimentat.