Malta tfaħħar l-isforzi tan-NM fil-Libja

Il-Gvern Malti, permezz tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella, kiteb lill-Mibgħut Speċjali tan-Nazzjonijiet Magħquda għal-Libja, Martin Kobler, u feraħlu għas-suċċess marbut mar-ritorn tal-Kunsill tal-Presidenza fi Tripli.
Faħħru għall-isforzi u għax-xogħol bla heda li wassal biex minkejja d-diffikultajiet politiċi u ta’ sigurtà, li għadhom realtà, issir tranżizzjoni ġusta għall-Gvern ta’ Unità Nazzjonali.
Irrimarka li l-wasla tal-membri ta’ dan il-Gvern fi Tripli hi pass importanti għal stabilità fil-Libja u biex jibda jitwettaq il-ftehim iffirmat fil-Marokk is-sena li għaddiet.
George Vella tenna l-appoġġ ta’ Malta għall-proċess tan-Nazzjonijiet Magħquda.