Malta terġa’ tiġi l-ewwel fl-Ewropa fid-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ

Għall-ħames sena konsekuttiva Malta baqgħet fil-quċċata tal-indiċi ta’ ILGA-Europe li jħarsu lejn is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-qasam ta’ persuni LGBTIQ. Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ugwaljanza spjega li l-indiċi tħares lin 49 pajjiż madwar l-Ewropa.

Ir-rapport li nħareġ illum juri li Malta baqgħet fl-ewwel post b’total ta’ 89 punt. Lura fl-2013, Malta kienet tikklassifika fit-18-il post.

 Fl-aħħar seba’ snin, Malta avvanzat fil-qasam tal-libertajiet ċivili bl-introduzzjoni ta’ numru sostanzjali ta’ liġijiet, fosthom l-unjoni ċivili u l-adozzjoni minn persuni gay u ż-żwieġ ugwali; il-liġi dwar l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess; il-liġi dwar il-koabitazzjoni; u policies għal persuni trans u intersess fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordinu għal studenti trans u interess fl-iskejjel.

Fir-rapport tagħha, ILGA-Europe faħħret l-impenn ta’ Malta matul l-2019 għall-progress fir-rigward ta’ familji LGBTIQ+ u r-rapport ifaħħar l-użu ta’ terminoloġija ‘Gender Neutral’ fil-liġijiet ta’ Malta.

Ara l-istħarriġ minn hawn.