Malta tappoġġja inizjattiva tal-Commonwealth għal pajjiżi żgħar

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna laqa’ lid-Deputat Segretarju Ġenerali tas-Segretarjat tal-Commonwealth, Deodat Maharaj, u lill-Uffiċjal Ewlieni għall-Investiment tal-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali, Arun Sharma.
Dan bi tħejjija għat-twaqqif ta’ inizjattiva pilota bil-għan li tinkoraġixxi l-kummerċ bejn u minn pajjiżi żgħar fi ħdan il-Commonwealth. Minn fost 53 membru tal-Commonwealth, 31 pajjiż huma meqjusa żgħar.
L-inizjattiva għandha l-għan ukoll li tħares istituzzjonijiet finanzjarji, fosthom banek, li jistgħu jintlaqtu b’mod negattiv minn regolamenti li l-iktar li jkunu jgħoddu għal pajjiżi kbar.
Edward Scicluna qal li Malta tappoġġja bis-sħiħ din l-inizjattiva u se ssostniha b’mod loġistiku u finanzjarju.
Ritratt: DOI – Charles Zammit