Malta tappella għaż-żieda fil-kwota tat-tonn

Malta qed tappella biex tiżdied b’mod sostanzjali l-kwota marbuta mas-sajd tat-tonn.
Dan għaliex studji xjentifiċi juru li s-settur qed jirkupra u għalhekk hemm ħtieġa ta’ azzjoni immedjata u ġusta.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes ressaq il-pożizzjoni Maltija f’laqgħa f’Lussemburgu filwaqt li appella biex l-attenzjoni ddur fuq speċi oħra ta’ ħut li mhumiex daqshekk magħrufa.
Id-diskussjonijiet mistennija jissoktaw fi Brussell fil-ġimgħat li ġejjin u deċiżjoni finali tittieħed f’Genova x-xahar id-dieħel waqt il-laqgħa annwali tal-kummissjoni internazzjonali responsabbi għall-konservazzjoni tat-tonn.