Filmat: “Malta tagħmel li tista’ biex tgħin lilll-immigranti” – Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ indirizza t-68 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York.

Fost l-oħrajn il-Prim Ministru tkellem dwar l-immigrazzjoni rregolari u rrefera għall-għadd ta’ immigranti li jidħlu Malta bid-dgħajjes.

Qal li Malta tagħmel “li tista' biex tagħtihom l-għajnuna li għandhom bżonn”.

Madanakollu saħaq li “Malta ma tistax tagħmel dan kollu waħedha u l-komunità internazzjonali għandha tagħti sehem ikbar f’din is-sitwazzjoni li mhi xejn ħlief evidenza traġika ta’ fallimenti globali.”

Sostna li “l-immigrazzjoni irregolari, it-traffikar ta’ persuni u l-iskjavitù modern huma problema ta’ kulħadd.”

Il-Prim Ministru qal li  jinsab kburi bl-istorja twila ta’ solidarjetà ta’ Malta ma’ nazzjonijiet oħra madwar id-dinja kollha.  Żied jgħid li bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea din is-solidarjetà nfirxet iktar u Malta assumiet responsabiltajiet u obbligi fil-kuntest ta’ għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Ritratti: DOI – Omar Camilleri