Malta tagħlaq ġimgħa mingħajr każijiet ġodda ta’ coronavirus

Aġġornat 01:50 PM
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li llum jimmarka ġimgħa li Malta ma kellhiex każijiet ġodda ta’ coronavirus.

Fuq Twitter dalgħodu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa appella biex il-poplu jżomm il-prudenza ħalli jibqa’ jitgawda dan is-suċċess.

Fl-aħħar jum saru 1,087 test u minn dawn l-ebda ma rriżulta pożittiv.

Minkejja din l-aħbar, huwa ma żiedx jgħid jekk fiqux nies fl-aħħar 24 siegħa. Aktar tard tħabbar fuq il-paġna tal-Ministeru tas-Saħħa li ma fieq ħadd, b’hekk il-każijiet attivi għadhom 4.

OFFICIAL COVID-19 figures for 16•07•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Thursday, July 16, 2020